Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira. Kont nilgħab kull mument li kien ikolli ċans. Bdejt nitħarreg mal-klabb ta’ Rabat Ajax FC meta kelli disa’ snin.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Rabat Ajax FC.
Qed inħares ‘il quddiem ħafna għal din l-esperjenza u se nagħti l-massimu tiegħi biex nippruvaw nilħqu l-objettivi tagħna għal dan l-istaġun.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?
L-istaġun li għadda, il-klabb ta’ Rabat Ajax kellu staġun iebes ħafna peró ġew introdotti nies ġodda fil-klabb li se jkunu hemm biex ikun hemm staġun iżjed pożittiv minn dak tas-sena l-oħra.
Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?
Għall-istaġun li ġej importanti li dejjem nimxu logħba logħba u nagħtu l-massimu tagħna. Fl-opinjoni tiegħi fil-kampjonat li ninsabu aħna se jkun hemm kompetizzjoni tajba ħafna fejn kulħadd jista’ jirbaħ ma’ kulħadd.
Iddeskrivi l-esperjenzi passati tiegħek ma’ Senglea Athletic FC u Mosta FC u kemm tgħallimt minnhom.
L-esperjenzi passati tiegħi ma’ Mosta FC u Senglea Athletic FC kienu esperjenzi pożittivi ħafna. Mal-klabb tal-Mosta għamilt id-debutt tiegħi fil-Malta Premier u mal-klabb ta’ Senglea Athletic irbaht il-Kampjonat u s-Super Cup u b’hekk ksibt id-Double.
X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell tal-futbol Malti fil-preżent naħseb li bil-mod ta kif ġie l-Malta Premier, ħafna plejers Maltin qed ikollhom jinżlu diviżjoni biex isibu iżjed spazju ta’ logħob li dan qed iwassal biex jogħla l-livell fil-kampjonati ż-żgħar.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Bħala grawnds naħseb li dejjem jista’ jsir ftit titjib speċjalmwnt fil-grawnds li jintlagħbu l-kampjonati ż-żgħar.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Qed inħares lejn il-futur tiegħi billi nipprova dejjem nimmira li jkolli staġun pożittiv u nipprova ngħin kemm nista’ lill-iskwadra li nkun magħha.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi huwa li qatt m’għandek taqta’ qalbek u dejjem tibqa’ tiġġieled għall-ħolma li tixtieq billi taħdem u tagħti kollox fil-grawnd!