Thursday, December 26, 2024

Dejjem itfa’ lilek innifsek taħt il-lenti…

Aqra wkoll

Għandek id-delizzju tal-logħob tal-azzard għal qalbek?

Dejjem lgħabt b’bilanċ u taħt kontroll?

Fl-għaxar sena tagħha, il-Fondazzjoni Logħob Responsabbli tħeġġek iżżomm aġġornat/a dwar l-istrateġiji ewlenin ta’ responsabbiltà.

Minn Kayne Said, Maniġer għal Komunikazzjoni – Fondazzjoni Logħob Responsabbli – [email protected]

Jekk bħalissa tinsab fl-ewwel stadju tal-attività tal-logħob tal-azzard u allura qed tattwa dan il-logħob fi sfond ta’ divertiment rikreattiv b’mod responsabbli, m’inti tagħmel xejn ħażin! Fl-għaxar sena tagħha, l-għan tal-Fondazzjoni huwa li inti tilgħab b’mod responsabbli taħt diversi strateġiji u ma tiżloqx fl-istadji l-oħrajn tal-eċċessività.

B’hekk din l-attività ma tkunx qed twasslek għal ebda riskju ta’ riperkussjonijiet. Żomm dejjem f’moħħok li persuna tilgħab b’mod responsabbli meta l-logħob ma jkunx qed jieħu post affarijiet ferm aktar importanti u serji bħalma huma l-familja, il-ħbieb u x-xogħol.

Poġġi lilek innifsek taħt il-lenti! Minkejja li bħalissa għaddej b’ritmu tajjeb ta’ responsabbiltà, xorta waħda jista’ jiġi dak il-mument li tiżgarra darba tnejn… Kun preparat/a u dejjem imxi ma’ tnejn mill-aktar strateġiji importanti. L-istrateġija finanzjarja biex tipproteġi flusek għal bżonnijiet oħrajn u l-istrateġija ta’ limitazzjoni fuq il-ħin. Jekk inti ddeċidejt li tista’ taffordja li tilgħab ammont ta’ ħin fil-ġimgħa, ilgħab dak il-ħin u ieqaf hemm. Immoniterja ħinek u ħalli lil ħaddieħor jgħinek f’dan.

Jekk inti ddeċidejt li tilgħab ammont ta’ flus fix-xahar, ilgħab dak l-ammont u ieqaf hemm. Kun kuraġġuż biżżejjed biex ma taqa’ għal ebda pressjoni esterna u kif tara li se taqbeż il-limiti tiegħek, qum minn fuq dik il-mejda u kun af għid DAQSHEKK!

Sadanittant, il-Fondazzjoni dejjem tisħaq li persuna għandha ssaqsi lilha nfisha diversi mistoqsijiet biex dejjem tkun taf fejn qiegħda u tassessja s-sitwazzjoni tagħha.

  • Qiegħda nimxi mal-limitazzjonijiet u mal-kontrolli tiegħi?
    Qiegħda nagħti importanza żejda lill-attività tal-logħob tal-azzard?

Qiegħda nkun konċentrata fuq il-post tax-xogħol jew moħħni ’l ħin kollu fuq dik il-famuża rebħa li se ssolvili ħafna mill-problemi li għaddej minnhom?

Dawn huma kollha mistoqsjiet li persuna tista’ ssaqsi lilha nfisha biex iżżomm mal-kontroll u ma tħallix lilha nfisha tiżloq fir-riperkussjonijiet. Mela poġġi bilqiegħda u indirizza żewġ mistoqsijiet lejk innifsek. Niżżel il-baġit tiegħek li kapaċi tonfoq fix-xahar, bla ma dan il-baġit jaffettwa x-xiri ta’ bżonnijiet oħrajn. Niżżel il-ħin li inti tista’ tqatta’ mingħajr ma tħalli dan il-ħin jisraq minn ħin importanti ieħor ma’ familtek, ma’ wliedek, mal-kollegi.

Jekk tixtieq is-sapport jew aktar informazzjoni fuq l-istrateġiji ta’ hawn fuq tiddejjaq xejn iċċempel fuq il-linja ta’ sapport nazzjonali 1777.

www.rgf.org.mt

Ekonomija

Sport