Saturday, December 21, 2024

“Dejjem kellu għal qalbu dak li hu Belti”… Il-Beltin maħsuda bil-mewt ta’ Shawn Mallia

Aqra wkoll

Il-Beltin maħsuda bil-mewt ħabta u sabta ta’ Shawn Mallia fl-età ta’ 41 sena.

Ma naqsux l-għadd kbir ta’ messaġġi ta’ kondoljanzi fuq il-midja soċjali fosthom tas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit fejn kiteb: “Il-Belt Valletta llum tibki wieħed minn uliedha. Shawn dejjem kellu għal qalbu dak li hu Belti.”

Shawn kien membru attiv tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu. Fil-fatt fuq il-paġna tal-istess Għaqda ntqal li Shawn ta ħafna minn ħinu biex jaħdem fis-skiet fl-imħażen tagħhom.

Fost ħafna persuni oħra, anke l-Viċi Sindku tal-Belt Valletta Ray Azzpardi fakkar il-memorja tiegħu fejn qal li se jibqa’ jgħożż il-memorji tiegħu kemm tal-karnival kif ukoll tal-festa tal-Karmnu.

Persuna oħra qalet: “Aħbar li laqas f’mitt sena ma kont nobsorha… Shawn Mallia ħallejtna litteralment bla kliem u bla sliem. Dejjem bid-daħqa fuq wiċċek anki meta kont f’mumenti diffiċli. Dejjem tara kif se tferraħ lil ta’ madwarek.”

Ekonomija

Sport