Wednesday, May 7, 2025

Dejjem trid temmen li int kapaċi telimina kull ostaklu li jiġi quddiemek – Krassimir Zammit

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira ħafna. Il-ġenituri kienu ħaduni biex nittrenja għall-ewwel darba u mill-bidu nett bdejt inħossni dejjem inħares ‘il quddiem li mmur għat-taħriġ. Maż-żmien din l-imhabba u l-passjoni lejn il-futbol baqgħet tikber u nista’ ngħid li ilni għal dawn l-aħħar 19-il sena nittrenja dan l-isport tant sabiħ!

U għaliex għażilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper?

Ir-rwol ta’ goalkeeper ma kinitx għażla peró kienet xi ħaġa li ġiet naturali. Mill-bidu nett li bdejt nittrenja l-futbol ma kontx nimmaġina lili nnifsi bħala plejer peró ridt li nkun bejn il-lasti. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kirkop United FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Kirkop United FC hi waħda pożittiva ħafna. Mill-bidu nett li ngħaqadt ma’ dan il-klabb, ħassejt li kellna skwadra tajba, tikkunsidra li ħafna mill-plejers għadna ta’ etá żgħira. Xi ħaġ’oħra pożittiva f’dan il-klabb hi l-istaff tekniku u l-kumitat li għal kull logħba dejjem ikunu hemm ta’ sapport għalina l- plejers u lesti jagħmlu s-sagrifiċċji magħna.

X’tikkummenta fuq l-istaġun li għadda għal Kirkop United FC?

L-aħħar staġun kien wieħed pożittiv għalina bħala tim. Għalkemm kien hemm xi tibdil fl-aħħar ftit tal-istaġun, bqajna magħqudin bħala plejers u rnexxilna niksbu punti importanti biex b’hekk Kirkop United FC irnexxielu jżomm postu fin-National Amateur League 1. Fuq nota personali, nemmen li l-prestazzjonijiet tiegħi kienu pożittivi ukoll u b’hekk għalaqna l-istagun fuq nota tajba.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur ta’ plejer fil-futbol hu xi ħaġa li ma tantx tista’ tikkumenta fuqu. Qiegħed naħdem bis-sħiħ biex maż-żmien nilgħab f’livelli ogħla tal-futbol lokali. Nittama li nkun fejn inkun l-istaġun li ġej, inkun kuntent u nkun nista’ nuri l-kapaċitajiet tiegħi. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ finali tiegħi hu biex fil-futbol dejjem tagħti l-massimu tiegħek kemm fit- taħriġ u anke fil-logħob, u li qatt m’għandek taqta’ qalbek għaliex dejjem trid temmen li int kapaċi telimina kull ostaklu li jiġi quddiemek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport