Bejn it-Tlieta 11 u l-Ħamis 15 ta’ April, is-sewwieqa żgħażagħ tal-karting Delcine Galea u Zach Scicluna kienu fil-korsa ta’ Silverstone għal kors speċjalizzat ta’ taħriġ fis-sewqan. Huma ntgħażlu għal din l-avventura wara li pparteċipaw f’programm ta’ taħrip għal sewwieqa żgħażagħ organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsports f’Lulju li għadda.

Huma ħadu taħriġ biex ikunu aktar preparati mentalment u fiżikament għall-isfidi waqt it-tlielaq, l-istess taħriġ mill-istess persuni li jħarrġu lis-sewwieqa tal-Formula Wieħed.

Waqt il-kolazzjon f’Silverstone, Galea u Scicluna ltaqgħu ma’ Pierre Gasly, is-sewwieq tat-tlielaq tal-Formula Wieħed tat-tim Alpine. Galea u Scicluna huma grati immens lejn l-FIA u l-MMF, li tawhom din l-opportunità, u lejn it-trainers, Jof Cox, Simon Fitchett, Edward Beschir u Khalil Beschir. It-tnejn qablu li tgħallmu ħafna, esperjenza li ma jinsew qatt u, s’issa, il-qofol tal-karriera tagħhom fis-sewqan.