Il-playmaker ta’ Everton, Dele Alli, jista’ jħalli Goodison Park iktar kmieni milli mistenni fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
L-esperjenza ta’ sitt snin u nofs tal-player 25 sena ma’ Tottenham Hotspur spiċċat fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, hekk kif huwa ngħaqad ma’ Everton b’kuntratt ta’ sentejn u nofs sas-sajf tal-2024.
Madankollu, Alli tħabat biex isir parti konsistenti mill-pjanijiet tal-manager Frank Lampard, u għadu jrid jibda logħba waħda tal-Premier League għat-Toffees li jisnabu mhedda serjament bir-relegazzjoni għaċ-Championship.
Il-bidu xejn pożittivta’ Alli f’Goodison Park jista’ jwassal biex it-Toffees iċedu lill-player internazzjonali Ingliż dan is-sajf, speċjalment jekk jiġu relegati.
Alli ingħaqad ma’ Everton bi free transfer matul ix-xitwa li għaddiet, u Spurs ikunu qed jirċievu £10m jekk l-ex player tagħhom u ta’ MK Dons jagħmel 20 dehra għat-Toffees.
Alli s’issa għamel biss sitt dehriet bħala sostitut għat-team immexxi minn Lampard, u minn dak iż-żmien ‘l hawn għadu jrid irreġistra goal jew jipprovdi assist għat-team minn Merseyside.