Thursday, May 9, 2024

Delegazzjoni Maltija tattendi għall-Assemblea tal-ARLEM ġewwa Sardegna

Aqra wkoll

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) huwa l-leħen tar-reġjuni u l-bliet fl-Unjoni Ewropea (UE). Huwa jirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u jagħti pariri dwar liġijiet ġodda li jkollhom impatt fuq ir-reġjuni u l-bliet (70% tal-leġislazzjoni kollha tal-UE).

Il-KtR huwa assemblea politika magħmula minn 329 membru u 329 sostitut mill-pajjiżi kollha tal-UE (raggruppati skont il-partit politiku u mmexxija mill-President) li jkunu ġew eletti fil-livell lokali jew reġjonali (pereżempju bħala sindki jew presidenti ta’ reġjun). Huma jmorru Brussell sitt darbiet fis-sena biex jiddiskutu l-opinjonijiet tagħhom dwar leġislazzjoni proposta u biex jilħqu qbil dwar riżoluzzjonijiet dwar azzjoni ulterjuri mill-UE.

Il-Membri tal-KtR huma assistiti minn amministrazzjoni mmexxija mis-Segretarju Ġenerali.

Fi ħdan l-istess Kumitat, insibu waħda mill-Assembli l-aktar importanti għar-reġjun tal-Mediterram, ‘l hekk imsejħa; ARLEM.

L-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) hija assemblea ta’ rappreżentanti lokali u reġjonali mill-Unjoni Ewropea u l-imsieħba Mediterranji tagħha

Din ġiet imwaqqfa fl-2010 mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) flimkien mal-assoċjazzjonijiet territorjali attivi f’dan il-kuntest li jippermettu lil rappreżentanti eletti mit-tliet ixtut tal-Baħar Mediterran

  • jirrappreżentaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom politikament, inkluż għall-UE u l-Unjoni għall-Mediterran (UgħM)
  • iżommu djalogu politiku u
  • jippromovu l-kooperazzjoni interreġjonali

Liema huma l-pajjiżi involuti?

L-Eġittu, it-Turkija, l-Alġerija, il-Marokk, is-Sirja (li s-sħubija tagħha bħalissa hija sospiża), it-Tuneżija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Mawritanja, il-Palestina, Monaco, il-Montenegro. Barra minn hekk, il-Libja u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq jipparteċipaw bħala osservaturi.​

X’in​​​hu l-għan tal-ARLEM?

L-ARLEM għandha li għan li:

  • tagħti dimensjoni territorjali lill-Unjoni għall-Mediterran
  • tippromovi d-demokrazija lokali, il-governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni deċentralizzata fit-tliet ixtut tal-Mediterran
  • tħeġġeġ id-djalogu Tramuntana-Nofsinhar u Nofsinhar-Nofsinhar bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali.
  • tippromovi l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-għarfien u l-esperjenza teknika fl-oqsma li għalihom huma responsabbli l-awtoritajiet lokali u reġjonali tippromovi l-integrazzjoni u l-koeżjoni reġjonali

Kif taħdem l-ARLEM?

Fuq livell politiku, l-ARLEM tipprovdi forum għal djalogu politiku kontinwu. Din tikkontribwixxi għax-xogħlijiet konsultattivi tal-KtR permezz ta’ rapporti tematiċi. Tirrappreżenta wkoll il-livell lokali u reġjonali fis-summits tal-UgħM.

Fil-ħidma tagħha, l-ARLEM toħloq sinerġiji mal-imsieħba tagħha, inklużi l-UgħM (Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni ffirmata fl-2013), l-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma rrappreżentati fl-ARLEM, il-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa (status ta’ osservatur), l-Assemblea Parlamentari tal-UgħM (status ta’ osservatur), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni ffirmata fl-2013) u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (status ta’ osservatur).

L-Assemblea tlaqqa’ flimkien il-membri tal-ARLEM fis-sessjoni plenarja annwali tagħha, li matulha jiġu adottati r-rapport annwali, u għal-laqgħat tal-Kummissjoni u tal-Bureau. Barra minn hekk, jistgħu jiġu organizzati sessjonijiet ta’ ħidma jew konferenzi u jiġu approfonditi aspetti speċifiċi permezz ta’ studji.

​Min​​n xiex inhi magħmula l-ARLEM?

L-ARLEM tlaqqa’ flimkien lil 80 membru u 2 osservaturi mill-UE u mill-pajjiżi msieħba tal-Mediterran tagħha. Il-membri huma rappreżentanti ta’ reġjuni u korpi lokali u għandhom mandat ta’ awtorità reġjonali jew lokali.

L-ARLEM hija ppreseduta minn kopresidenza li tirrappreżenta b’mod indaqs lill-imsieħba Mediterranji u lill-UE. Il-kopresident mill-grupp ta’ msieħba tal-Mediterran jiġi kkonfermat b’kunsens minn dak il-grupp għal perjodu ta’ sentejn u nofs. Il-kopresident mill-UE huwa l-president attwali tal-KtR.

Il-Bureau tal-ARLEM jiddefinixxi l-istrateġija tal-Assemblea u l-firxa ta’ attivitajiet.

Fil-Kummissjoni għall-Iżvilupp Territorjali Sostenibbli, ir-relaturi tal-ARLEM jelaboraw rapporti tematiċi dwar suġġetti li jirreferu għall-oqsma ta’:

  • id-deċentralizzazzjoni
  • l-iżvilupp urban u territorjali
  • il-kooperazzjoni kulturali
  • is-soċjetà tal-informazzjoni
  • il-migrazzjoni u l-integrazzjoni
  • l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju
  • il-kummerċ
  • l-iżvilupp sostenibbli
  • il-ġestjoni tal-ilma
  • il-ġestjoni tal-iskart
  • l-enerġija, b’mod partikolari l-enerġija solari
  • it-trasport
  • l-agrikoltura u t-turiżmu

Barra l-membri imsemmija hawn fuq, hemm 20 membru iehor li gejjin mill-Kumitat tar-Regjuni, fejn Malta minnhom ghandha zewg membri.

Assemblea f’Sardegna

Il- 14-il sessjoni plenarja tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) saret it-Tnejn 23 u t-Tlieta 24 ta’ Ottubru 2023 fil-Lukanda Calabona f’Alghero, l-Italja.

F’rapport dwar il-kooperazzjoni territorjali, il-Membri ħarsu lejn kif l-awtoritajiet lokali jistgħu jfasslu politiki li jindirizzaw sfidi ambjentali multidimensjonali. Sessjoni ta’ bini tal-kapaċità ffukat fuq il -kooperazzjoni bejn il-pari, li inkludiet aġġornament dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Inizjattiva ta’ Nikosija. Minbarra dawn id-dibattiti, ir-rapporti dwar ir- rwol potenzjali tal-bliet u r-reġjuni fil-protezzjoni ċivili tal-Mediterran, imfassla mir-relatur Andre Viola (PSE/FR), u dwar is-saħħa urbana u l-mobilità urbana sostenibbli fil-Mediterran, imfassla mir-relatur Abedelaziz Derouiche, President tal-AMPCPP u President tal-Kunsill Prefettorali ta’ Rabat, il-Marokk, ġew adottati. 

F’kumment li sar mid-delegazzjoni Maltija issemma l-importanza li na]dmu flimkien biex jasal il-messaġġ tal-bżonn li fil-qalba tal-irħula u bliet tagħna jittnaqqas l-użu tal-vetturi privati, billi nagħtu prijorità lil mezzi alternattivi ta’ transport fuq il-karozza u li naraw li jsir l-investiment adekwaat sabiex ikun hemm l-infrastruttura meħtieġa biex ninkoraġġixxu aktar nies jimxu biex jagħmlu qagħdi f’ distanzi qosra fl-istess villaġġ. 

Sport