Ftit tal-ħin ilu l-parlament ivvota favur l-emendi fil-liġi tal-IVF li se tkun qiegħda toffri opportunitajiet ġodda biex aktar koppji jiffurmaw familji.
Min-naħa tiegħu l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li kien se jivvota kontra l-emendi fil-liġi. Huwa qal “Jien favur il-ħajja mill-bidu nett tagħha. Liġi li tippermetti l-prokreazzjoni assitita hija favur il-ħajja. Liġi li tippermetti li jsiru testijiet ġenetiċi bħal polar body testing qabel ma jiġi ffurmat embrijun hija liġi favur il-ħajja. Liġi li tippermetti li jsiru testijiet fuq embrijuni li f’wieħed minn kull ħamsa tal-każijiet twassal għall-qerda tal-istess embrijun mhijiex favur il-ħajja”, iddikjara Delia.