Saturday, December 28, 2024

Delia jevita li jsemmi l-inkjesta dwar l-immigranti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia evita li jsemmi l-inkjesta maġisterjali dwar l-immigrant fl-aħħar diskors politiku tiegħu.

Hekk kif kien qed jiġi intervista fuq Net FM minn Dione Borg, Delia ma semma xejn fuq l-inkjesta li eżonorat lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Kmandant tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi u lis-suldati tal-lanqa P52.

Għalkemm fid-diskors tiegħu Abela qal li jistenna li Delia jitkellem dwar l-inkjesta u dwar Jason Azzopardi, l-avukat u deputat Nazzjonalista li kien wieħed minn erba’ avukati li ippreżentaw id-denunzja, il-Kap tal-PN la irrefera għall-inkjesta u lanqas lil Dr Azzopardi.

Delia tkellem dwar is-sitwazzjoni ekonomika b’rabta mal-Covid19 fejn qal li l-Gvern irid jara fuq liema setturi jridu jiffoka.

Huwa qal li jinsab inkwetat li l-Gvern m’għandux direzzjoni u ‘depth’ u ikkritika lil Abela talli ħlief jgħid lin-nies biex issa jibdew jonfqu mhux jagħmel.

Delia sostna li mbilli jitħabbru d-dati meta l-istabbilimenti se jerġgħu jiftħu ma jfissirx li qed tagħtihom is-saħħa għax għad għandhom piżijiet xi jġorru fosthom tad-dawl u l-ilma u l-kera.

Dwar is-‘surveys’ li juru lilu u lill-PN lura meta mqabbel ma’ Abela u l-PL, Delia qal li huwa jinteressawh in-numri ta’ dawk li jinsablu bla xogħol u mhux dawn.

Huwa kien mistoqsi wkoll dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid fejn qal li dan se jkun fuq ‘probation’ tan sena u jekk ma jobdix lil Abela jitkeċċa.

Dwar iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Libja qal li huwa jistenna stqarrija mingħandu dwar dak li sar u x’ġie maqbul bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ekonomija

Sport