Saturday, December 21, 2024

Delia jgħid li l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni qed iddejjaq lil xi wħud; Jisħaq li t-theddid politiku ma jbeżżgħux

Aqra wkoll

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-isforzi tiegħu biex jiġġieled il-korruzzjoni f’Malta qed idejqu lil ħafna nie u qed iħallu l-frott. Huwa qal dan f’intervista aktar kmieni llum.

“Qed indejjaq lil ħafna nies,” tenna Delia hekk kif kompla jgħid li matul dawn l-aħħar xhur kull min kien involut tneħħew mill-poter.

Fl-istess waqt tenna li se jibqa’ jagħmel xogħlu u emfasizza li t-theddid politiku ma jbeżżgħux.

Mistoqsi dwar ħidmet il-Prim Ministru Robert Abela minn Jannar li għadda ’l quddiem, Delia saħaq li Abela s’issa ma kienx deċiżiv, u qal li mhux qed jieħu deċiżjonijiet.

Huwa qal li kieku kien jieħu deċiżjonijiet kien ikeċċi lill-Kummissarju tal-Pulizija f’Jannar li għadda, iżda minflok sussegwentement għamlu konsulent.

Delia esprima t-tħassib tiegħu li Malta taf tispiċċa ‘greylisted’ mill-Moneyval talli mhux qed iżżid l-isforzi biex tiġġieled il-ħasil tal-flus. Huwa qal li dan se jkun qed jagħmilha aktar diffiċli biex pajjiżna jattira investimenti minn barra.

Fl-istess waqt b’referenza għas-surveys politiċi li qed jindikaw li naqas milli jżid l-appoġġ mill-elettorat, Delia qal li fix-xhur li ġej il-Partit Laburista se jkompli jitlef l-appoġġ. Qal li se jkun kruċjali li l-PN iżid l-isforzi biex jattira dawn in-nies lura lejn il-partit.

Filwaqt li qal li l-PN jeħtieġ li jingħaqad, huwa qal li jemmen li huwa tal-fehma li kapaċi jikseb il-fiduċja tan-nies.

Delia ċaħad li qatt kien avviċinat minn Yorgen Fenech jew minn ħaddieħor biex itellef il-kampanja elettorali ta’ kwalunkwe kandidat tal-PN.

Huwa qal li ltaqa’ ma Fenech darba qabel ma sar magħruf li kien is-sid tal-kumpanija 17 Black.

Ekonomija

Sport