Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport Adrian Delia kiteb dwar ritratt mibgħut lilu rigward uffiċjali jikkontrollaw it-traffiku fl-Imrieħel.
Delia nnota li fejn jiġu installati l-ispeed Cameras jitwaħħlu tabelli biex javżaw minn qabel biex dak li jkun inaqqas il-veloċità għax l-iskop huwa li nħarsu s-sigurtà fit-toroq.
Huwa kkritika l-fatt li l-uffiċjali dan l-iskop dawruh b’mentalità li jistaħbew fejn isibu biex jiżguraw mhux li titnaqqas il-veloċità, iżda li jiżdiedu ċ-ċitazzjonijiet.