Saturday, October 26, 2024

Delia jgħid li mħasseb fuq l-immigrazzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għat-tieni jum wara l-ieħor il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia intervjena fil-Parlament biex jitlob stqarrija mingħand il-Prim Ministru jew il-Gvern dwar iż-żjara fil-Libja.

Huwa saħaq li ma jafx jekk il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ pajjiżi hux wieħed temporanju jew le u nsista li jrid ikun jaf x’fih bħala obbligi dan il-ftehim li fost oħrajn jaħseb għall-ftuħ ta’ ċentru fiż-żewġ pajjiżi dwar l-immigrazzjoni.

Delia irrefera kemm għall-każ tad-dgħajjes li fuqhom hemm numru ta’ immigranti kif ukoll għall-protesti li saru fiċ-ċentru tal-Marsa u qal li huwa jinsab imħasseb bis-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.

Sport