Saturday, November 16, 2024

Delia jgħid li se jibqa’ jaħdem għall-PN sal-aħħar nifs tiegħu

Aqra wkoll

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li jinsab konvint li jinsab fis-sewwa minħabba li ċert mill-ideat tiegħu. Huwa qal dan waqt intervista li xxandret fuq NET FM aktar kmieni llum. Delia qal li minkejja li jinsab fiċ-ċentru tal-problemi tat-tmexxija li heżżew lill-Partit Nazzjonalista, huwa se jibqa’ jaħdem għall-Partit Nazzjonalista sal-aħħar nifs tiegħu.

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fl-1 ta’ Awwissu se jkun qed jivvota dwar jekk il-membri tal-partit għandhomx jikkonfermaw lil Delia bħala l-Kap tal-Partit jew jekk għandhiex tinżamm elezzjoni ġdida li twassal għal kap ġdid tal-PN.

Delia diġà qal li se jkun qed jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija f’każ li l-kunsill jivvota favur elezzjoni għal kap ġdid Nazzjonalista. Tenna li din tkun it-tielet darba li jkun issottometta lilu nnifsu għal vot, wara li s-sena li għaddiet rebaħ vot ta’ fiduċja fil-kunsill.

Intant żied jgħid li l-mumenti diffiċli qed jagħmluh aktar b’saħħtu hekk kif qed jifhem aħjar x’inhuma d-dmirijiet tiegħu.

Intant huwa ħeġġeġ lill-kunsillieri biex jivvotaw, hekk kif saħaq li dan huwa importanti minħabba li l-membri huma ċ-ċentru tal-partit.

Ekonomija

Sport