Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħabbar riforma politika li se twassal għal 14-il cluster ta’ Membri Parlamentari, membri tal-Partit NAzzjonalista u stakeholders oħrajn jaħdmu fuq suġġetti speċifiċi.
Delia tenna li r-riforma politika hija intenzjonata li ttejjeb il-mod kif il-messaġġ tal-PN jasal għand in-nies.
Din ir-riforma se tkun qed issegwi eżerċizzju mmexxi mill-politiku veteran Nazzjonalista Louis Galea li fassal numru ta’ riformi fil-partit.
Delia tenna li r-riforma hija intenzjonata biex il-PN ikun eqreb tas-soċjetà ċivili, b’dan iwassal għal tfassil ta’ politika aktar effettiva.
Fi stqarrija Delia qal li jrid li l-Partit Nazzjonalista jkun aktar proattiv, bil-partit għaddej minn proċess ta’ ritrutturar biex jipparteċipa fil-bidla li l-pajjiż qed jitlob.
Il-‘clusters’ tal-PN:
· Benesseri soċjali: Dan il-cluster hu magħmul mill-Viċi Kap tal-PN David Agius, id-Deputat Ivan Bartolo, l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa u l-kandidata Graziella Attard Previ.
· Kwalità’ tal-ħajja u saħħa: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputati Stephen Spiteri, Robert Cutajar, Maria Deguara, Mario Galea u l-kandidata Paula Mifsud Bonnici.
· Ekonomija ta’ għada: Dan il-cluster hu magħmul mill-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo, id-Deputat Hermann Schiavone u l-espert John Rapa.
· Ambjent: Dan il-Cluster hu magħmul mid-Deputati David Thake, Kevin Cutajar, Edwin Vassallo u l-espert Bernard Grech.
· Infrastruttura u Riżorsi: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputati Toni Bezzina u Ryan Callus u l-kandidata Janice Chetcuti
· Sigurtà: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Beppe Fenech Adami u l-kandidata Graziella Galea.
· Ġustizzja u tisħiħ tad-demokrazija: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Jason Azzopardi u l-espert Joe Giglio.
· Ekosistema għal Għawdex: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Chris Said, id-Deputat Frederick Azzopardi u Alex Borg.
· Tassazzjoni u dħul fiskali: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Mario De Marco, id-Deputat Kristy Debono u Graham Bencini.
· Servizz pubbliku: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Therese Comodini Cachia u l-kandidata Amanda Abela.
· Tekonoloġija avvanzata u innovazzjoni: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Ivan J Bartolo u l-Kunsillier Gabriel Micallef.
· Soċjeta mibnija fuq l-għerf: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Clyde Puli u l-kandidata Roselyn Borg Knight.
· Identità nazzjonali f’dinja globali: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Carm Mifsud Bonnici u l-espert Peter Agius.
· Popolazzjoni, integrazzjoni u immigrazzjoni: Dan il-cluster hu magħmul mid-Deputat Karl Gouder u l-kandidata Alessia Psaila Zammit.