Saturday, October 26, 2024

Delia jiċħad kategorikament li ltaqa’ ma’ Fenech wara li sar magħruf l-involviment tiegħu f’17 Black

Aqra wkoll

Il-Kap Nazzjonalista Adrina Delia ċaħad li huwa kien iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, wara li ħarġet l-aħbar li dan kien involut fil-kumpanija 17 Balck.

Huwa qal dan wara li aktar kmieni llum, hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fenech, waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija tal-Avukat Jason Azzopardi, l-allegat middleman fil-qtil ta’ Caruana Galizia, Melvin Theuma, qal li Fenech kien qallu li Delia kien mar jiekol ir-razzett tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ.

Fl-istess waqt Theuma qal li seta’ kien il-każ li Fenech kien qed jigdeb dwar l-ikla ta’ Delia, bil-għan li jurih kemm kien jaf nies.

Sport