Friday, November 15, 2024

Delia jisħaq li fil-PN reġgħet nibtet it-tama

Jispikkaw persuni jkantaw "tal-Labour ħallelin"

Aqra wkoll

“Jekk jien għandi t-tama, ħudu din it-tama magħkom, ħaddnuha u għamluha tagħkom. Jekk jien waħdi f’ħames snin ġibt lura kontra dawn il-forzi tal-ħażen, it-tliet sptarijiet, x’nistgħu nagħmlu lkoll flimkien bħala partit magħqud għal Malta!” Sostna dan l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’diskors li għamel barra mill-bini tal-parlament waqt dik li l-partit sejjaħ bħala protesta nazzjonali.

Bejn id-diskors tiegħu u tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech spikkaw xi persuni jkantaw “Ħallelin u ħallelin u tal-Labour ħallelin”.

Min-naħa tiegħu Grech irringrazzja lil dawk kollha preżenti li skontu faqgħu pjazza. Huwa kompla fejn ħalla fil-bini tal-parlament u saħaq li l-Prim Ministru kellu jitlob apoloġija lill-poplu kollu. 

Ekonomija

Sport