Sunday, December 22, 2024

Delia jisħaq li jekk veru tħaddan prinċipju ma tistax iċċedi u togħtor

Aqra wkoll

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-aħħar ħin iddikjara kemm hu faċli li tmur mal-kurrent u kemm huwa komdu li tagħmel bħal kulħadd.

Delia kompla li jekk tagħmel hekk, la int u lanqas twemminek ma jkunu jfissru xejn. Saħaq li jekk veru tħaddan prinċipju ma tistax iċċedi u togħtor.

“Fil-politika qegħdin biex nuru t-triq u mhux biex insegwuha”, tenna Delia.

Huwa qal dan fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF.

Matul il-jum tal-Ħadd Delia kien qal li kien iddikjara bla tlaqliq li ma jaqbilx mal-ittestjar fuq l-embrijun li jista’ jipperikola jew saħansitra jkun fatali għall-ħajja umana.

Min-naħa l-oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ilbieraħ qal li l-Oppożizzjoni se tivvota favur il-liġi tal-IVF wara li ġew aċċettati emendi li ressqet fl-istadju ta’ kumitat.

Ekonomija

Sport