Friday, November 15, 2024

Delia jisħaq li rebaħ din il-ġlieda waħdu wara ħames snin

Jappella għall-għaqda fil-PN li tista' twassal għal rebħa ferm ikbar għal Malta ta' għada

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex mitmum, mhuwiex imġarraf, imma qiegħed hawn b’saħħtu iżjed minn qatt qabel”. Iddikjara dan l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività politika bit-tema “Rebħa għal Malta”.

Delia qal li din kienet saga ta’ ħames snin sħaħ mimlijin ostakoli minn dawk li riedu jaħbu l-verità u li ma ridux li jaraw ġustizzja.

Delia qal li minkejja dan kollu, b’għatx għall-ġustizzja rebaħ is-sewwa. Huwa sellem il-memorja ta’ Robert Arrigo u rringrazzjah għall-appoġġ kontinwu f’din il-ġlieda tiegħu.

“Kieku din il-kawża ntilfet, kont inkun tlift jien, imma issa rebħet Malta”, kompla biex jgħid Delia filwaqt li spjega fid-dettall l-istess kawża

Delia tenna jgħid li meta tiġġieled u tibqa’ perseveranti tista’ tirbaħ. Huwa appella lin-nies biex jieħdu din it-tama u temm jgħid li la hu waħdu rnexxielu jirbaħ din il-ġlieda wara ħames snin, aħseb u ara x’jista’ jagħmel Partit Nazzjonalista magħqud.

Ekonomija

Sport