Waqt kollegament dirett li għamel ftit tal-ħin ilu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia attribwixxa għal dak li ntqal aktar kmieni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech.
Delia qal li l-uffiċċju tal-Prim Ministru kien involut f’attentat biex il-ġustizzja mas-seħħx. Tkellem dwar il-qrubija tal-eks Prim Ministru mal-allegat mandat fil-qtil.
Delia qal li huwa inaċċettabbli li Prim Ministru ta’ pajjiż kien involut ma’ persuni li qed ikun allegat li ħadmu assassinju ta’ ġurnalista minn Kastilja.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li quddiem dan kollu l-PM Robert Abela qed jagħżel is-silenzju u li ma jieħu l-ebda azzjoni. Staqsa jekk dan hux se jkun qed jieħu azzjoni jew jibqa’ għaddej b’mod normali bid-deputat fil-grupp parlamentari u l-konsulent Joseph Muscat. Delia rrefera għal dan kollu bħala “patt imxajtan tal-labour”.
Delia qal li bħala Oppożizzjoni jappoġġjaw il-ħidma tal-Korp tal-Pulizija u għamlulhom il-kuraġġ li jibqgħu għaddejjin b’kuraġġ billi ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Qal li huwa fundamentali li ssir ġustizzja għax jeħtieġ li isem pajjiżna ma jibqax imċappas. Kompla biex jgħid li ma jistax ikun li nibqgħu maħkumin taħt id-dell tal-kriminalità ta’ “dawn il-ftit persuni li ħatfu partit li għadna qed inħallsu l-konsegwenzi sal-lum”.
Delia qal li l-PN jagħti l-appoġġ tiegħu lil dawn li mingħajr biża’ u b’responsabbilità qed jagħmlu xogħolhom biex inkunu nistgħu naslu għall-verità.