Saturday, December 21, 2024

Delia jsejjaħ lill-Prim Ministru Abela “populist”

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jitkellem fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista aktar kmieni llum, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li l-Prim ministru Robert Abela pprova jkun populist meta ddeċieda li jżomm lill-immigranti fuq vapuri li normalment jintużaw għal skopijiet turistiċi, madankollu dan fallielu bil-konsegwenza li poġġa ħajjet persuni fil-periklu.

Delia qal dan b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-gvern li jdaħħal f’pajjiżna l-425 immigrant li kienu qed jinżammu abbord erba’ vapuri mikrijin mill-Gvern għall-immigranti.

Intant aktar kmieni llum waqt intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-immigranti li kienu abbord wieħed mill-vapuri kienu ħadu l-kontroll tal-kċina u wara li ħatfu skieken bdew jheddu li kienu se jisplodu ċilindru tal-gass u jaħarqu skart li kien hemm abbord il-vapur.

Delia għamel referenza għall-mini-budget li l-Gvern se jkun qed jiżvela għada fil-Parlament, u qal li l-gvern kien qed jgħaddi informazzjoni kunflinġenti dwar dan.

Ekonomija

Sport