Saturday, December 21, 2024

‘Delivery man’ ieħor fil-mira ta’ ħallelin … Iwassal l-ikel fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu u jispiċċa jinsteraq

Aqra wkoll

It-tieni każ simili fi ftit jiem

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet matul il-lejl illi għadda fuq raġel ta’ 28 sena mill-Pakistan waqt li kien qiegħed xogħol f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 a.m. fi Triq it-Tfief f’Sam Ġwann.

Ir-raġel stqarr li kif kien se jsuq il-mutur biex jitlaq minn fuq il-post wara li wassal ordni li kellu tal-ikel f’residenza privata, waqfu quddiemu żewġt irġiel u konsegwenza t’hekk waqa’ minn fuq il-mutur. F’dan il-mument, allegatament, iż-żewġ ħallelin ħarġu arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh il-flus li kellu fuqu.

Hekk kif ħadu l-flus, il-ħallelin minnufih ħarbu minn fuq il-post bil-flus kontanti.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Każ ieħor simili seħħ fis-sigħat bikrin ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda f’Ħaż-Żabbar.

Ekonomija

Sport