Il-midfielder Denis Zakaria hu lest li jsellem lill-eks sħabu ta’ Juventus sabiex imur fi Franza sabiex se jingħaqad ma’ AS Monaco.
L-eks midfielder ta’ Borussia Monchengladbach ftit ingħata spazju fit-tim immexxi minn Massimiliano Allegri u wara staġun misluf ma’ Chelsea irritorna fil-Continassa.
Minn hemmhekk, id-diriġenti Juventin raw kif għamlu sabiex jibdew taħditiet sabiex ibigħuh tant li Monaco se jħallsu s-somma ta’ €23 miljun għalih.
Ma’ Chelsea fl-istaġun li għadda, Zakaria lagħab biss 11-il partita.