Tuesday, December 24, 2024

Deontay Wilder jingħata sospensjoni medika ta’ sitt xhur wara t-telfa tiegħu kontra Tyson Fury

Aqra wkoll

Deontay Wilder se ssirlu operazzjoni fuq idejh miksura u ngħata sospensjoni medika ta’ sitt xhur wara t-telfa tiegħu kontra Tyson Fury.

Wilder ġie eliminat minn Fury fil-11-il round tal-ġlieda eċċitanti tat-triloġija tagħhom f’Las Vegas is-Sibt filgħaxija.

Il-Bronze Bomber poġġa lil Fury mal-art darbtejn fir-raba’ round iżda ma setax jikkapitalizza hekk kif il-Gypsy King kompla jżomm it-titlu tiegħu tal-heavyweight, WBC.

Wilder issa mhux se jkun jista’ jiġġieled sa April li ġej sakemm ma jingħatax permess minn tabib wara li l-Kummissjoni Atletika tal-Istat ta’ Nevada tatu sospensjoni medika ta’ sitt xhur minħabba l-injuries tiegħu.

U l-co-manager ta’ Wilder, Shelly Finkel, żvela li l-Bronze Bomber se jkollu bżonn operazzjoni l-ġimgħa d-dieħla wara li kiser għadma f’idu.

‘Deontay kiser idu l-leminija u anke l-għadma ta’ wara l-għaksa u trid issirlu operazzjoni l-ġimgħa d-dieħla,’ qal Finkel.

‘Qed ifieq bil-mod il-mod, u f’dan il-punt, jekk kollox imur sew, probabbilment se jfittex li jidħol fir-ring f’nofs is-sena d-dieħla, fosthom April jew Mejju.’

Ekonomija

Sport