Fl-ewwel jiem tas-sena l-ġdida, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni mexxiet b’suċċess operazzjoni sfurzata ta’ ritorn ta’ raġel lejn pajjiż fl-Afrika ta’ Fuq.
Matul l-2025 huwa kien ġie mressaq il-Qorti b’akkużi relatati ma’ serq u pussess ta’ droga f’San Ġiljan, fost l-oħrajn. Huwa nstab ħati u weħel sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiża għal erba’ snin.
Wara s-sentenza tal-Qorti huwa ngħata Deċiżjoni ta’ Ritorn u Ordni ta’ Tneħħija u baqa’ jiżamm f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm saru l-arranġamenti kollha biex jiġi rritornat lura lejn il-pajjiż tal-oriġinu tiegħu.



