Friday, December 27, 2024

Deputat Kmandant Ukren jallega li t-truppi Russi mhux jonoraw il-ftehim ta’ paċi

- Ir-residenti f’Mariupol mhux jingħataw ċans biex jiġu evakwati

Aqra wkoll

F’filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali, id-Deputat Kmandant Ukren, Svyatoslav Palamar, qal li: “Għal darb’oħra, ir-Russi ma żammewx il-wegħda tagħhom; minflok, interrompew l-operazzjoni tal-evakwazzjoni taċ-ċittadini, li sforz ta’ dan qed ikollhom jibqgħu jistkennu mill-ibbumardjar fl-imħażen ta’ taħt l-art tal-fabbrika”.

Svyatoslav bħalissa jinsab fl-impjant tal-azzar ta’ Azovstal flimkien mal-armata Ukrena, f’taqtigħa kontra l-forzi Russi.

Huwa spjega li llum huwa t-tielet jum minn mindu l-għadu daħal fil-fabbrika ta’ Azovstal, fejn baqa’ jsaltan “ġlied qalil u mdemmi”.

Ekonomija

Sport