Id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef ressaq PQ biex tkun ikkunsidrata proposta li kull skola jkollha Adrenaline auto Injector (Epi-pen).
Huwa qal li sal-lum il-ġenituri ta’ tfal b’kundizzjonijiet trattabili biha, jixtru 2 injectors għas-sigurtà t’uliedhom.
Qal li b’hekk għandna sitwazzjonijiet fejn fi skola li għandek iktar minn każ wieħed jkollok ammont ta’ Epi-pens fejn minħabba d-data ta’ skadenza u mingħajr emerġenza jiġu mormija.
Temm jgħid: “Kull sena hi spiża addizzjoni għall-familja. Jekk tkun l-iskola li tixtri konsenja għal każi t’emerġenza, apparti l-effiċjenza fix-xiri tkun frankata wkoll spiża għal numru ta’ familji.”