Monday, December 23, 2024

Deputat tal-PN jgħid li hemm bżonn bini ġdid għall-Qrati t’Għawdex u ta’ Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis qal li s-settur tal-ġustizzja, b’mod speċjali l-Qorti f’Għawdex għaddejja minn “Kalvarju”. Huwa fakkar dwar il-pass li ttieħed mill-avukati Għawdxin li jistrajkjaw. Huwa ddeskriva dan il-pass bħala wieħed kuraġġjuż u li qiegħed jaffettwalhom id-dħul tagħhom iżda li għamluh għax baqgħu jaraw il-wegħdiet li matul l-aħħar xhur baqgħu ma twettqux.

Ellis qal li ma jistax ikun li bniedem li jirtira mill-kariga ma jiġix mibdul minn persuna oħra li tieħu l-kariga tiegħu jew li din il-kariga ddum battala għal diversi xhur.

Huwa appella lill-Ministru u l-Gvern biex ma jibqgħux jonfqu l-flus fuq l-Qorti t’Għawdex u li hemm bżonn li jinbena bini ġdid bħalma fiż-żmien li ġej se jkun hemm bżonn ukoll f’Malta.

Ekonomija

Sport