Thursday, December 19, 2024

Deputat tal-PN jikkonferma li mhux se jikkontesta iżda jwiegħed li se jaħdem qatigħ bħala MP

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ il-Partit Nazzjonalista beda jilqa’ l-ismijiet ta’ dawk interessati li jitfgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-partit, id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut ikkonferma li mhux se jkun qiegħed jieħu dan il-pass minn issa.

Filwaqt li rringrazzja lil dawk il-ħafna nies li kkuntattjawh f’dawn il-ġimgħat u talbuh biex jikkunsidra li jikkontesta din il-kariga, Sammut spjega li din hija l-ewwel esperjenza parlamentari tiegħu u jħoss li baqagħlu ħafna x’jitgħallem qabel jidħol għal din ir-responsabbiltà.

“Min-naħa tiegħi se nkun qed nagħti s-sehem sħiħ tiegħi bħala Membru Parlamentari f’din il-leġislatura biex flimkien insaħħu l-Partit Nazzjonalista”, temm iwiegħed Sammut.

Ekonomija

Sport