Tuesday, October 15, 2024

Dest b’kumplikazzjonijiet fiż-żmien tiegħu ma’ Barcelona

Aqra wkoll

L-istilla mill-Istati Unit, Sergino Dest, kien qed jitkellem dwar ir-raġuni għalfejn telaq lil Barcelona fi tmiem l-istaġun li għadda. Hu sostna li l-eks kowċ Xavi Hernandez xejn ma kien onest miegħu filwaqt li ftit kien itih opportunitajiet biex jilgħab. Hu qal li ġurnata kien jgħid mod u oħra kien ibiddel il-verżjoni tiegħu. Barra minn hekk, meta kien se jitlaq għall-vaganzi f’pajjiżu, Xavi kien qallu li hu fil-pjanijiet tal-klabb għas-sena d-dieħla sabiex ftit tal-jiem wara qallu li hu mhux se jibqa’ kowċ.

Kien għalhekk li wara din l-inċertezza kollha Dest telaq lill-Blaugrana sabiex bħalissa qed jilbes il-flokk ta’ PSV Eindhoven, għażla li xejn ma ddejjaq minnha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport