Saturday, September 14, 2024

Destiny Chukunyere se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ sena oħra

Aqra wkoll

Il-kantanta Destiny kienet se tirrappreżenta lil pajjiżna din is-sena iżda l-avveniment tħassar ħabba l-COVID-19

Il-kantanta u r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta’ XFactor Malta, Destiny Chukunyere, fuq il-profil ta’ Facebook kitbet li fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision se tkun qed tirrappreżenta lil Malta. Dan wara li din is-sena hekk kif kollox kien lest biex Destiny tirrapprażenta lil pajjiżna, il-Eurovision tħassar minħabba l-pandemija COVID-19.

F’messaġġ li kitbet fuq Facebook, Destiny rringrazzjat lil kulħadd tas-sapport li wera fil-mument meta saret taf li l-ħolma li tirrappreżenta lil pajjiżna setgħet taret mar-riħ. Hi kkonkludiet tgħid li s-sena d-dieħla se tkun qed tagħmel dak kollu possibbli biex tagħmel unur lil pajjiżna.

Ekonomija

Sport