Thursday, February 26, 2026

Destiny parti mill-ġurija internazzjonali li se tagħżel il-kanzunetta tal-Ġermanja għall-Eurovision Song Contest 2026

Aqra wkoll

Il-kantana Destiny Chukunyere se tkun qiegħda tirrapreżenta lil Malta biex tkun parti mill-ġurija internazzjonali li se tagħżel il-kanzunetta tal-Ġermanja għall-Eurovision Song Contest 2026.

B’kollox se jkun hemm 20 ġurat minn 20 pajjiż differenti li kollha se jieħdu sehem fil-Eurovision. Se jkunu huma li jagħżlu l-kanzunetta li se tmur tirrapreżenta lil Ġermanja din is-sena.

Il-votazzjoni fil-konkors Ġermaniż tinqasam f’żewġ fażijiet. L-ewwel każi tkun il-ġurija internazzjonali li tivvota u mill-voti tagħhom jintgħażlu t-tliet kanzunetti bl-ogħla punti, li jgħaddu għat-tieni fażi.

Finalment, minn dawk it-tliet finalisti, ikun il-pubbliku Ġermaniż li jagħżel ir-rappreżentant tal-pajjiż għall-Eurovision 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport