Friday, December 13, 2024

Devis Mangia jagħżel skwadra ta’ 26 player

Aqra wkoll

Malta se tkun qed tiffaċċja t-tliet logħbiet internazzjonali li jmiss tagħha bi skwadra ta’ 26 player wara li l-coach tat-team nazzjonali, Devis Mangia, għamel l-għażla finali tiegħu.

It-players Maltin jagħtu bidu għall-kampanja tal-UEFA Nations League b’partita barra minn darhom kontra San Marino nhar il-Ħadd 5 ta’ Ġunju fis-San Marino Stadium f’Seravalle fit-3.00pm.

Żewġ logħbiet oħra jsegwu ġewwa darna – il-Ħamis 9 ta’ Ġunju, Malta tiffaċċja l-Estonja u tliet ijiem wara l-Ħadd 12 ta’ Ġunju tiltaqa’ għal darb’oħra ma’ San Marino, din id-darba fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

L-iskwadra ta’ 26 player hija komposta minn:

Goalkeepers – Henry Bonello (Hamrun Spartans), Cain Formosa (San Gwann), Jake Galea (Balzan)

Difensuri – Ferdinando Apap (Hibernians), Jean Borg (Valletta), Steve Borg (Hamrun Spartans), James Brown (St. Johnstone FC – Skozja), Karl Micallef (Hamrun Spartans), Zach Muscat (Casa Pia – Portugall), Enrico Pepe (Birkirkara)

Midfielders – Ryan Camenzuli (Floriana), Juan Carlos Corbalan (Hamrun Spartans), Matias Nicolas Garcia (Floriana), Matthew Guillaumier (A.C. Siena – Italja), Adam Magri Overend (Floriana), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans), Nikolai Muscat (Gzira United), Brandon Paiber (Floriana), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – Belġju), Dunstan Vella (Hibernians)

Attakkanti – Jan Busuttil (Floriana), Jurgen Degabriele (Hibernians), Luke Gambin (Hamrun Spartans), Paul Mbong (Birkirkara), Luke Montebello (Birkirkara), Alexander Satariano (U.S. Pergolettese 1932 – Italja)

Ekonomija

Sport