Friday, December 20, 2024

Devis Mangia jagħżel skwadra ta’ 29 player għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Venezwela

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali, Devis Mangia, għażel skwadra ta’ 29 player qabel il-partita ta’ ħbiberija li se tara lit-team nazzjonali jilgħab f’daru kontra l-Venezwela l-Erbgħa 1 ta’ Ġunju.

Devis Mangia kien għażel 33 player fil-bidu ta’ Mejju għal kamp ta’ taħriġ qabel dawn il-logħob. Huwa żamm lil Mattia Veselji ta’ Floriana li ġie msejjaħ għall-ewwel darba.

L-iskwadra se titnaqqas aktar tard din il-ġimgħa qabel it-tliet partiti ta’ kwalifikazzjoni tan-Nations League kontra San Marino (ġewwa darna u barra minn darna), u l-Estonja.

L-iskwadra ta’ 29 player hija magħmula minn:

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans), Cain Formosa (San Gwann), Jake Galea (Balzan)

Difensuri: Ferdinando Apap (Hibernians), Jean Borg (Valletta), Steve Borg (Hamrun Spartans), James Brown (St. Johnstone FC – Skozja), Karl Micallef (Hamrun Spartans), Zach Muscat (Casa Pia – Portugall), Enrico Pepe (Birkirkara)

Midfielders: Cain Attard (Birkirkara), Ryan Camenzuli (Floriana), Juan Carlos Corbalan (Hamrun Spartans), Matias Nicolas Garcia (Floriana), Matthew Guillaumier (A.C. Siena – Italja), Adam Magri Overend (Floriana), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans), Nikolai Muscat (Gzira United), Brandon Diego Paiber (Floriana), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – Belġju), Dunstan Vella (Hibernians)

Attakkanti: Jan Busuttil (Floriana), Jurgen Degabriele (Hibernians), Luke Gambin (Hamrun Spartans), Jake Grech (Hibernians), Paul Mbong (Birkirkara), Luke Montebello (Birkirkara), Alexander Satariano (U.S. Pergolettese 1932 – Italja), Mattia Veselji (Floriana)

Ekonomija

Sport