Thursday, September 19, 2024

Devis Mangia jsejjaħ skwadra ta’ 29 player qabel id-double header ta’ ħbiberija kontra l-Azerbaijan u l-Kuwajt

Aqra wkoll

Il-Coach tat-Team Nazzjonali Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 29 player qabel id-double header ta’ ħbiberija kontra l-Azerbaijan u l-Kuwajt ġewwa darna. It-team nazzjonali jiltaqa’ għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu u huwa skedat li jilgħab kontra l-Azerbaigan nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu u kontra l-Kuwajt it-Tlieta 29 ta’ Marzu.

Il-Coach Devis Mangia wettaq numru ta’ bidliet fl-iskwadra li għażel qabel il-logħob kontra l-Kroazja u s-Slovakkja f’Novembru 2021. Fil-fatt Mangia laqa’ lura lid-difensur ta’ Hibernians Ferdinando Apap u lill-goalkeeper Matthew Calleja Cremona, Nikolai Muscat ta’ Gzira United u d-duo ta’ Floriana Brandon Paiber u Jan Busuttil. Irritorna wkoll Steve Borg li tilef l-aħħar tieqa internazzjonali hekk kif kien qed isofri minn injury.

Il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Azerbaigan se tkun ukoll okkażjoni biex tiġi ċċelebrata l-karriera ta’ wieħed mill-aktar players li ilu jservi fil-football Malti hekk kif Andrei Agius se jkun qed jagħmel l-aħħar dehra tiegħu bil-flokk ta’ Malta. Agius ta’ 35 sena għamel 102 dehra mat-team nazzjonali u skorja sitt goals. Id-difensur ta’ Hibernians FC se jkun qed jingħaqad mal-iskwadra ta’ Malta jum qabel il-logħba tal-Azerbaijan.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC); Matthew Calleja Cremona (Hibernians FC); Jake Galea (Balzan FC)

Difensuri: Andrei Agius (HiberniansFC); Ferdinando Apap (Hibernians FC); Jean Borg (Valletta FC); Steve Borg (Hamrun Spartans FC); James Brown (St. Johnstone FC – Skozja), Triston Caruana (Valletta FC); Karl Micallef (Hamrun Spartans FC); Zach Muscat (Casa Pia – Portugall); Enrico Pepe (Birkirkara FC)

Midfielders: Cain Attard (Birkirkara FC); Ryan Camenzuli (Floriana FC); Matthew Guillaumier (A.C. Siena – Italja); Adam Magri Overend (Floriana FC); Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC); Nikolai Muscat (Gżira United FC); Brandon Diego Paiber (Floriana FC); Steven Pisani (Gżira United FC); Nevin Portelli (Gzira United FC); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise- Belġju); Dunstan Vella (Hibernians FC)

Attakkanti: Jan Busuttil (Floriana FC); Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Jake Grech (Hibernians FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Alexander Satariano (U.S. Pergolettese 1932 – Italja)

Sport