Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv, il-president tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, irrefera għal rapporti riċenti fil-media li jorbtu lill-coach tat-team nazzjonali, Devis Mangia, bil-possibbiltá li jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu.
Huwa tenna li l-intenzjoni kemm tal-Assoċjazzjoni kif ukoll tas-Sur Mangia hija li jkomplu jaħdmu bil-proġett tekniku attwali, f’konformità mal-istrateġija tal-Assoċjazzjoni.
Is-Sur Vassallo qal li l-amministrazzjoni żżomm kommunikazzjoni miftuħa ma’ Mangia li jissorvelja s-set-up tekniku kollu tad-diversi timijiet nazzjonali, inklużi diversi programmi mfassla apposta madwar il-bżonnijiet ta’ players individwali.