Friday, December 27, 2024

Dewmien fit-trasport pubbliku minħabba xogħlijiet li qed isiru fi Triq l-Indipendenza

Aqra wkoll

Malta Public Transport ħarġet stqarrija sabiex tinforma lill-pubbliku li bħalissa qed tesperjenza dewmien fis-servizzi tagħha minħabba li qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fi Triq l-Indipendeza f’Tal-Pietà. 

Bħalissa hemm fis-seħħ devjazzjoni li qed taffettwa r-rotot kollha li jieqfu f’dawn il-waqfiet: Pietà 1059 u Bombi 1 1060 fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta. 

Il-karozzi tal-linja li ġejjin mill-Imsida jew Ta’ Xbiex qed iduru fuq ix-xellug għal Xatt it-Tiben u jipproċedu għal Triq Sa Maison biex ikunu jistgħu jkomplu l-vjaġġ tagħhom lejn il-Belt Valletta.

Dan qed jaffettwa l-karozzi tal-linja kollha li qed joperaw f’dawn ir-rotot imsemmija: 13, 14, 15, 16, 21, 22, 24, 25, 31, 32, 35, 41, 43, 44, 45, 46, 48, 49, 50, 54, 56, 238, 250, 260, N13 u TD13.

Sfortunatament dan kollu qed jaffettwa milli jasal fil-ħin it-trasport pubbliku u għalhekk qed ikun hawn ħafna dewmien.

Malta Public Trasport tiskuża ruħha mal-pubbliku dwar din l-inkonvenjenza u assigurat lill-pubbliku li se tkun qed taħdem bi sħiħ biex jiġi pprovdut l-aħjar servizz tat-trasport.

Ekonomija

Sport