Saturday, September 14, 2024

Dgħajsa bi 78 immigrant abbord tidħol fis-SAR ta’ Malta; Vapur tal-merkanzija jintalab jassisti

Aqra wkoll

Dgħajsa b’78 immigrant abbord, fosthom erbat itfal, daħlet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta. Dan qalitu l-NGO Alarm Phone fuq il-profil tagħha tal-midja soċjali.

Permezz ta’ tweet Alarm Phone qalet li d-dgħajsa li fuqha jinsabu l-immigranti esperjenzat problemi fil-magna u ilha għal dawn l-aħħar tlett ijiem bejn sema u ilma wara li telqet mill-kosta Libjana.

L-NGO qalet abbord id-dgħajsa huwa maħsub li hemm żewġ nisa u erbat itfal.

L-NGO kkonfermat li l-vapur tal-merkanzija Leo 1 intalab jassisti lill-immigranti.

Ekonomija

Sport