Kienu diversi persuni li bdew jirraportaw li fuq il-Marsa kienet tila’ daħna kbira sewda.
Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ talk.mt li d-daħna kienet ġejja minn dgħajsa ta’ 60 pied li fl-aħħar ħinijiet ħadet in-nar. Fuq il-post hemm il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li qegħdin jipprovaw jikkontrollaw in-nirien. B’kollox kien hemm 20 pumpier biex ikkontrollaw in-nirien.

Jidher li d-dgħajsa kienet abbandunata u ma kien hemm ħadd fuqha, u għalhekk ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċidenti.
Fuq il-post hemm ukoll numru ta’ uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jinvestigaw il-każ.