Tuesday, November 12, 2024

DHL Express tirringrazzja lill-front-liners

Aqra wkoll

Ajruplan isfar tad-DHL Express Boeing 757, bin-numru ta’ reġistrazzjoni GDHKF U bil-kliem ‘Thank you’ (Grazzi) flimkien ma’ qawsalla kbira fuq il-ġenb, li niżel il-bieraħ filgħodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna minn dawk li nzertaw fl-inħawi waqt l-inżul tiegħu.

Din kienet inizjattiva meħuda minn DHL Express li b’mod mill-aktar oriġinali riedet twassal messaġġ uniku lill-front-liners fis-Servizzi tas-Saħħa – professjonisti madwar id-dinja li qegħdin isalvaw ħajjiet in-nies kuljum. L-ajruplan wasal minn Marsilja u mbagħad filgħaxija telaq minn Malta lejn Leipzig, via Frankfurt.

“DHL Express Malta qiegħda tagħmel il-parti tagħha wkoll fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19,” qal Charles Schiavone, Manager tad-DHL Express Malta. “Aktar kmieni din is-sena offrejna s-servizzi tagħna lill-Gvern Malti biex inġorru tagħmir mediku essenzjali u bi pjaċir inħabbar li din il-ġimgħa sejrin inġibu 45 concenetrator tal-ossiġenu importati għall-Isptar Mater Dei.

“Il-front-liners tagħna fil-qasam mediku jistħoqqilhom ir-rispett u l-ammirazzjoni tagħna sħiħa, iżda aħna grati wkoll lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, tal-Pulizija u tas-servizzi tas-sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-kontribut tagħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli.”

Ritratt: ALAN SALIBA

Ekonomija

Sport