Friday, December 27, 2024

“Diego Armando Maradona jibqa’ l-aqwa plejer ta’ kull żmien”

Alessandro Renica waqt iż-żjara tiegħu f'Napoli Club Malta

Aqra wkoll

Bejn it-22 u 25 ta’ Mejju, in-Napoli Club Malta qed jospita lil Antonio Carannante u Alessandro Renica, żewġ plejers li lagħbu ma’ Napoli fis-snin 80 meta n-Napoli kellhom fosthom lil Diego Armando Maradona. Flimkien magħhom żar il-Club, Mario Salvin, delegat ta’ Napoli Legends.

Alessandro Renica ingħaqad ma’ Napoli fl-1985 u magħhom għex l-aqwa perjodu kalċistiku fil-karriera tiegħu. Sakemm dam ma’ Napoli huwa rebaħ dak kollu li kien joffri l-futbol taljan dak iż-żmien – żewġ kampjonati, Coppa Italia, Supercoppa, u kif ukoll Coppa Uefa. Memorabbli għadu l-goal tiegħu fl-ahhar sekondi tal-ħin barrani tal-kwarti-finali tal-Coppa Uefa kontra Juventus. 

F’kummneti eskussivi lil dan is-sit Renica ddeskriva lil Diego Armando Maradona bħala l-aqwa player ta’ kull żmien.

Mistoqsi kemm inbidel il-football huwa qal li llum il-ġurnata dan l-isport huwa iktar tekniku minn qabel waqt li dan l-isport m’għadux jipproduċi players numru 10 ta’ kwalitá bħalma kienu l-istess Maradona, Roberto Baggio, Michel Platini u oħrajn.

Rigward dan l-istaġun ta’ Napoli huwa qal li jemmen li l-Partenopei kienu l-aħjar team u li setgħu rebħu l-kampjonat li kieku ma kienx għall-punti prezzjużi li tilfu kontra timijiet inqas ikkwotati minnhom.

Ekonomija

Sport