Sunday, December 22, 2024

Diego Costa jingħaqad ma’ Wolves

Aqra wkoll

Wolves iffirmaw lill-eks attakkant ta’ Chelsea Diego Costa bi free transfer sal-aħħar tal-istaġun.

Il-player ta’ 33 sena ilu mingħajr club minn meta ħalla lit-tim Brażiljan Atletico Mineiro f’Jannar li għadda

Costa ġie ffirmat biex ikun is-suċċessur denju tal-akkwist il-ġdid, Sasa Kalajdzic, li sofra injury fil-cruciate proprju fid-debutt tiegħu.

it-tabib tiegħu nhar il-Ħamis il-ġimgħa li għaddiet bħala kopertura għall-firma l-ġdida Sasa Kalajdzic, li sofra injury cruciate fid-debutt tiegħu.

“Dan l-ingaġġ tiegħi ma kienx fl-aħjar termini possibbli minħabba l-injury ta’ Kalajdzic,” qal Costa.

 “Nista’ biss nawguralu għal fejqan ta’ malajr.

“Iżda meta l-manager, Bruno Lage, qalli dwar li nirritorna fil-Premier League wara esperjenza twila … u jien mill-ewwel aċċettajt.

Costa, li qed joqrob għal 500 dehra fil-karriera, rebaħ il-Premier League darbtejn ma’ Chelsea u kiseb diversi trofej ma’ Atletico Madrid f’żewġ perjodi għall-club Spanjol.

Ekonomija

Sport