Qed jiġi rrappurtat li Wolverhampton Wanderers qed jgħidu lill-attakkant internazzjonali Spanjol, Diego Costa, sabiex jistenna sal-aħħar ta’ dan l-istaġun sabiex jinnnegozjaw miegħu għal tiġdid fil-kuntratt tiegħu.
Il-plejer ta’ 34 sena ngħaqad mat-tim minn Wolverhampton fil-bidu ta’ dan l-istaġun u s’issa mhux li tant qed jiskorja hekk kif minn 18-il logħba, hu sab ix-xibka darba biss.
Din is-sitwazzjoni qed toħloq xi ftit tal-frustrazzjoni mal-plejer Spanjol li jrid iktar risposti dwar il-futur tiegħu.