Saturday, October 26, 2024

Diego Llorente se jibqa’ ma’ Roma?

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ AS Roma u Leeds United se jiltaqgħu fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa sabiex jitkellmu fuq id-difensur internazzjonali Spanjol Diego Llorente. Dan tal-aħħar lagħab mal-Giallorossi matul l-istaġun li għadda fuq bażi ta’ self b’dawn tal-aħħar li jixtiequ jżommuh anke għax-xhur li ġejjin minħabba li kien pedina importanti għat-tim immexxi minn Jose Mourinho.

Minkejja kollox, Roma ma jridux iħallsu €18-il miljun sabiex jixtru lill-plejer iżda jmorru għas-sena oħra ta’ self.

Sport