Roma għandhom xi problemi ta’ injuries dan l-aħħar hekk kif skont rapport mediku, il-plejer Diego Llorente ma rnexxielux jikkonkludi l-logħba kontra Atalanta li huma tilfu bl-iskor ta’ 3-1.
Id-difensur Spanjol se jkollu jibqa’ barra mil-logħob għall-ġimagħtejn li ġejjin.
Barra minn hekk, il-kowċ Jose Mourinho qed jinkwieta għal Paulo Dybala li qala’ daqqa mingħand id-difensur Palomino u kellu joħroġ mill-grawnd.