Saturday, September 14, 2024

Diego Simeone jġedded il-kuntratt ma’ Atletico Madrid

Aqra wkoll

Diego Simeone ġedded il-kuntratt tiegħu bħala kowċ ta’ Atletico Madrid hekk kif iffirma sas-sena 2027. Il-kowċ Arġentin hu simbolu tat-tim mill-belt kapitali Spanjola u kienet ħaġa naturali li dan il-legat ikompli.

Hu ilu jmexxi lil Colchoneros sa mis-sena 2014 u ilu fuq il-bank tat-tim għal 642 partita fejn hu rebaħ żewġ titli ta’ champions ta’ La Liga, Tazza tar-Re, żewġ edizzjonijiet tal-UEFA Europa League, żewġ Super Cups Ewropej u żewġ Super Cup Spanjoli.

Il-partitarji ta’ Atletico Madrid laqgħu din l-aħbar għax jaraw lil Simeone bħala motivatur kbir għall-plejers tiegħu.

Ekonomija

Sport