Wednesday, November 12, 2025

Dielyn Edwards jasal sal-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni individwali fl-Irlanda

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ Dielyn Edwards wasal sal-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni individwali waqt il-Kampjonat Ewropew tal-Blackball li qed isir fil-belt Irlandiża ta’ Ennis.

Edwards kellu wirjiet dominanti fiż-żewġ logħbiet li lagħab hekk kif għeleb lil Nick Muscat u Riley Morton bl-iskor identiku ta’ 5-0 . Issa hu se jkun fl-azzjoni jumejn oħra kontra Darragh Gallagher.

Fil-kategorija tat-timijiet, kien hemm aktar riżultati pożittivi fejn it-tim A tal-irġiel rebaħ lil Irlanda 17-8 filwaqt li anke t-tim B għeleb lil Wales B1 15-10. Is-seniors ukoll kisbu rebħa oħra kontra l-istess pajjiż wara skor ta’ 13-12.

It-tim ta’ taħt it-23 sena għeleb lil Wales 16-9 filwaqt li t-tim ta’ taħt il-15-il sena kellu rebħa ta’ 10-5 kontra Wales u telfa ta’ 9-6 kontra l-Irlanda A.

Sadanittant aktar plejers Maltin kienu involuti fil-kategorija individwali fejn kien hemm dawn ir-riżultati:

Manuel Saliba 2–5 Robert Harmston

  • Olly Brooks 5–0 John Lombardo
  • Tom Joe Finnan 1–5 Mario Spiteri
  • John Watson 5–0 Edmund Curmi
  • Paul Sullivan 5–3 Marcel Micallef
  • Evan Corrigan 2–5 Denzel Falzon
  • Dielyn Edwards 5–0 Nick Muscat
  • Denzel Falzon 4–5 Riley Smith
  • Dielyn Edwards 5–0 Riley Morton
  • Clint Azzopardi 5–3 Gabriel Vella
  • Mevrick Zammit 5–0 Glenn Axiaq
  • Clayton Castaldi 5–2 Robert Edment
  • Phillip Hoskins 3–5 Gilmour Scicluna
  • Leon Azzopardi 5–4 Paul Quick
  • Shaun Sharkey 2–2 Clayton Attard
  • Keith Kelly 1–4 Wayne Pace
  • Miguel Amato 5–2 Paddy McDowell

Sadanittant dan hu l-programm ta’ logħob fejn it-timijiet Maltin se jkunu fl-azzjoni:

09:00 (Irlanda) / 10:00 (Malta)

  • Irlanda ta’ Fuq U15 A vs Malta U15 A
  • Malta Seniors B vs Iskozja Seniors B1

12:00 (Irlanda) / 13:00 (Malta)

  • Katalonja Irġiel B vs Malta Irġiel B
  • Belġju Seniors A vs Malta Seniors A

15:00 (Irlanda) / 16:00 (Malta)

  • Malta U15 A vs Ingilterra U15 A
  • Malta Seniors B vs Wales Seniors B1
  • Malta Grand Masters A vs Irlanda ta’ Fuq Grand Masters A

18:00 (Irlanda) / 19:00 (Malta)

  • Malta Irġiel B vs Irlanda Irġiel B
  • Malta Seniors A vs Iskozja Seniors A
  • Malta Irġiel A vs Irlanda ta’ Fuq Irġiel A

21:00 (Irlanda) / 22:00 (Malta)

  • Malta Irġiel B vs Iskozja Irġiel B1
  • Malta Seniors B vs Belġju Seniors B

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport