Hamrun Spartans se jkunu qed jagħtu prova lid-difensur ċentrali Brażiljan, Vinicius Freitas.
Il-player ta’ 29 sena għandu jasal Malta t-Tnejn u mistenni jitħarreġ mal-iskwadra ta’ Ħamrun Spartans din il-ġimgħa mmexxija mill-coach Branko Nisevic.
Huwa prodott ta’ Fluminense, fejn imbagħad ingħaqad ma’ Cruzeiro, u fl-2013 mar l-Italja fejn ingħaqad ma’ Lazio fis-Serie A.
Fis-snin ta’ wara kien fuq il-kotba ta’ Padova u Perugia.
Fl-2015 huwa ngħaqad ma’ FC Zurich li magħhom rebaħ it-Tazza Żvizzera qabel ma rritorna l-Italja fejn reġa’ ngħaqad ma’ Lazio.
Vinicius imbagħad mar il-Greċja fl-2017 fejn ingħaqad ma’ AEK Athens li għalihom għamel seba’ dehriet u skorja goal wieħed biex għen lill-club jilħaq il-finali tat-Tazza Griega u jikkwalifika wkoll għall-UEFA Champions League.
F’Jannar, 2018 huwa rritorna l-Brażil fejn iffirma għal Chapecoense, Botafogo, u Joinville.
Vinicius irrappreżenta wkoll lil pajjiżu fil-livell ta’ taħt it-23 sena, fejn rebaħ midalja tal-bronż fil-Logħob Panamerikan li sar fil-Kanada fl-2015.