Saturday, December 21, 2024

Difensur Ġermaniż akkużat li ta bis-sieq f’żaqq l-ex sieħba tqila tiegħu

Aqra wkoll

Id-difensur Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund, Nico Schulz, se jittella’ l-qorti b’akkużi kriminali wara li ta bis-sieq f’żaqq l-ex sieħba tqila tiegħu … ġimagħtejn biss qabel li kellha twelled.

Schulz li lagħab 12-il darba għal pajjiżu u skorja żewġ goals, ċaħad dawn l-akkużi kontrih. Iżda l-club sostna li huwa konxju minn dawn ir-rapporti u kellem lill-player tiegħu. Peró l-istess club tenna li mhux se jissospendi lil dan il-player għalissa madankollu jirriserva d-dritt li jieħu azzjoni meta l-każ jiżviluppa aktar.

Allegatament, Schulz attakka lill-ex sieħba tiegħu f’każ li seħħ fl-2020 meta kienet tqila bit-tifla tiegħu fit-tentattiv li jtemmilha t-tqala … u beda jagħtiha biż-żewġ saqajn hekk kif kien liebes iż-żarbun tal-football.

Il-pulizija elevat il-messaġġi bejn iż-żewġ persuni li wieħed minnhom kien jgħid: “Int tajtni bis-sieq f’żaqqi meta kont mingħajr ħwejjeġ fl-appartament tiegħi …”

Ekonomija

Sport