Saturday, November 23, 2024

Diġá beda l-bejgħ tal-flokkijiet ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Al Nassr

Aqra wkoll

Il-firma uffiċjali ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Al Nassr rat il-bidu tal-bejgħ tal-flokkijiet tal-attakkant Portugiż mill-partitarji fid-dinja Għarbija. 

Il-club mill-Arabja Sawdija ried li jiffirma lill-player ta’ 37 sena qabel tmiem is-sena biex proprju nhar il-Ġimgħa li għadda ġie ppreżentat uffiċjalment. Huwa ffirma kuntratt ta’ sentejn b’salarju ta’ €185 miljun fis-sena. 

Huwa mistenni f’Riyadh nhar it-Tnejn u jista’ jiddebutta mat-team il-ġdid tiegħu fil-5 ta’ dan ix-xahar fost antiċipazzjoni kbira.

Stqarrija mill-club qalet li l-bejgħ tal- flokkijiet bin-numru “7” diġá laħaq ċifra għol­ja fejn din mistennija tikber aktar fil- jiem li ġejjin. Il-miġja tiegħu diġá qed tinħass fir-reġjun. 

Al Nassr qed jippruvaw jingaġġaw ukoll liż-żewġ players Spanjoli, id-difensur Sergio Ramos u l-midfielder Sergio Busquets.

Sport