Saturday, December 14, 2024

Diġà nħarġu 2,379 pagament fl-iskema ta’ €1,000 fis-sena għal 10 snin

Aqra wkoll

Sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena, l-Awtorità tad-Djar irċeviet aktar minn 3,304 applikazzjonijiet fl-iskema tal-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal għaxar snin lil dawk li xtraw proprjetà għall-ewwel darba.

Fil-fatt tħabbar li fil-jiem li għaddew bdew jingħataw l-ewwel pagamenti lil dawk li xtraw l-ewwel propjetà tagħhom fl-2022. Sa issa l-Awtorità tad-Djar ħarġet 2,379 pagament.

L-ammont ta’ applikazzjonijiet juri li din l-iskema ta’ għajnuna mill-Gvern intlaqgħet tajjeb ħafna tant li minnha se jkunu qed igawdu 1,583 koppji u 1,721 persuni waħedhom.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, li ta dan it-tagħrif għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Naomi Cachia, fisser li din il-miżura hija wegħda elettorali oħra li bdiet tiġi implimentata.

Huwa fakkar li din il-miżura hija waħda minn kullana ta’ miżuri li l-Awtorità tad-Djar għandha fis-seħħ biex tkompli tgħin lil dawk li jkunu jixtiequ li jsiru sidien ta’ darhom.

Ekonomija

Sport